Għoti ta’ Unuri u Dekorazzjonijiet Nazzjonali

Malta tagħti ġieħ pubbliku lil ċittadini Maltin li jiddistingwu ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja u li l-kontribut u l-kisbiet tagħhom kabbru l-ġid u tejbu l-kundizzjonijiet ġenerali taċ-ċittadini Maltin. Kull ċittadin Malti, grupp ta’ persuni jew organizzazzjoni volontarja li tkun reġistrata mal-Kummissarju skont l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji jistgħu jiġu nominati għall-għoti ta’unur f’Jum ir-Repubblika.

Nominazzjonijiet għandhom jintbagħtu fuq il-formola tan-nomina liċ-Chairman, Kumitat tan-Nomini, Uffiċċju tal-Prim Ministru, Berġa ta’ Kastilja, Valletta VLT 2000.

Il-formoli jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Berġa ta’ Kastilja, Valletta jew mill-website tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru www.opm.gov.mt.  Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kabinett fuq 22001481.

Il-persuni nominati la għandhom jiġu kkuntattjati għal xi dettalji u lanqas infurmati dwar in-nominazzjoni tagħhom.

Avviż Nomini

Is-Sistema ta’ Malta ta’ Unuri u Għotijiet

Formola ta’ Nominazzjoni – Unuri

Persuni li Ngħataw Sħubija Onorarja

Persuni li Ġew Onorati

FacebookTwitter
Uffiċċju tal-Prim Ministru
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.