Deskrizzjoni tal-istruttura tal-Aġenzija
Il-MITA hija mmexxija minn Bord tad-Diretturi u Chairperson. Il-MITA għandha wkoll Uffiċjal Kap Eżekuttiv li huwa assistit minn għaxar Kapijiet tad-Dipartimenti li jieħdu ħsieb oqsma strateġiċi. Fi ħdan kull dipartiment hemm ħaddiema amministrattivi u operazzjonali li jgħinu lill-kapijiet rispettivi sabiex il-MITA tilħaq l-għanijiet tagħha.
Il-MITA toffri s-servizzi tal-ICT prinċipalment lil entitajiet governattivi oħra li minn-naħa tagħhom joffru s-servizzi liċ-ċittadini. Biex tilħaq dan il-għan, il-MITA takkwista servizzi mis-settur privat. Il-MITA ssegwi l-Public Procurement Regulations.
Meta l-MITA toffri servizzi jew skemi diretti lejn il-pubbliku, bħal taħriġ relatat mal-ICT, il-MITA tagħmel u ssegwi termini u kundizzjonijiet speċifiċi li jkunu jirregolaw din l-inizjattiva.
Tista ssib aktar informazzjoni dwar dan fis-sit https://mita.gov.mt/about-us/our-management
Deskrizzjoni tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Aġenzija
MITA hija l-entità pubblika fdata bir-responsabbiltà li tipprovdi infrastruttura, sistemi u servizzi tal-ICT lill-Gvern. Dawn is-servizzi tal-ICT jużaw ekosistema diġitali moderna li tikkontribwixxi lejn id-definizzjoni u l-eżekuzzjoni tal-istrateġiji diġitali tal-Gvern. B’hekk dawn is-servizzi jsostnu l-ekonomija moderna. Aktar informazzjoni dwar l-istrateġija u l-portafoll tal-MITA tinsab f’dan is-sit https://mita.gov.mt/portfolio/ u https://mita.gov.mt/portfolio/strategies/
Deskrizzjoni ġenerali tal-kategoriji ta’ dokumenti li għandha l-Aġenzija (inkluż id-dokumenti eżentati)
Deskrizzjoni tal-manwali kollha u tipi ta’ dokumenti simili li fihom proċeduri, prinċipji, regoli jew linji gwida li permezz tagħhom isiru deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-membri tal-pubbliku (inklużi korpi korporattivi u impjegati tal-aġenzija fil-kapaċità personali tagħhom)
Dan ta’ hawn taħt huwa lista indikattiva ta’ dokumenti miżmuma mill-MITA għall-fini li jiġi pprovdut aċċess lill-pubbliku skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496 tal-Liġijiet ta’ Malta). Aktar informazzjoni dwar manwali u tipi simili ta’ dokumenti li fihom politiki, prinċipji, regoli jew linji gwida li skonthom jittieħdu deċiżjonijiet jew isiru rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-pubbliku (inklużi persuni ġuridiċi u impjegati tal-aġenzija fil-kapaċità personali tagħhom) hija disponibbli hawn taħt:
Ġestjoni Strateġika
Ġestjoni Finanzjarja
Ġestjoni tal-Informazzjoni
Ġestjoni tar-Riżorsi Umani
Ġestjoni tas-Servizzi
Ġestjoni tal-Proprjetà
Dikjarazzjoni tal-informazzjoni li jeħtieġ li tkun disponibbli għall-membri tal-pubbliku li jixtiequ jiksbu aċċess għal dokumenti uffiċjali mill-awtorità pubblika, liema dikjarazzjoni għandha tinkludi d-dettalji tal-uffiċjal jew uffiċjali li lilhom għandhom jintbagħtu talbiet għal tali aċċess.
Uffiċjal għall-Libertà tal-Informazzjoni
MITA
Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata L-Bajda. HMR9010, Malta
Email: [email protected]
Dettalji tal-Proċedura Interna tal-Ilmenti
RIKONOXXIMENTI / NOTIFIĊI TA’ RĊEVUTA
Talbiet tal-FOI jiġu rikonoxxuti formalment mill-Awtoritajiet Pubbliċi. Il-formoli/notifiċi ta’ rikonoxximent jinkludu fihom numru ta’ referenza unika u indikazzjoni tad-data ta’ meta l-applikant għandu jirċievi risposta.
Il-formoli jinkludu fihom ukoll informazzjoni dwar l-Aġenzija bħalma huma l-indirizz, in-numri tat-telefon, indirizz elettroniku, ħinijiet ta’ ftuħ, kif ukoll dettalji dwar il-proċeduri interni tal-Aġenzija li jikkonċernaw l-ilmenti.
KONTROLLI MAGĦMULA MILL-AĠENZIJA
Hekk kif tirċievi l-formola ta’ applikazzjoni, l-Aġenzija tivverifika jekk it-talba sottomessa tikkwalifikax bħala talba konformi mal-FOI u tinforma l-applikant jekk dan ikunx il-każ jew le.
Jekk jinstab li hemm il-bżonn ta’ informazzjoni/dokumentazzjoni addizzjonali, l-applikant jiġi kkuntattjat mill-Aġenzija li rċeviet is-sottomissjoni u huwa jingħata kull għajnuna possibbli sabiex jiġi aċċertat li t-talba tkun konformi mal-proviżjonijiet tal-liġi.
Minkejja dan, meta l-applikant jissottometti talba tal-FOI, huwa mhux obbligat li jipprovdi raġuni jew ġustifikazzjoni il-għala qed jitlob kwalunkwe informazzjoni/dokumentazzjoni.
L-Aġenzija tivverifika wkoll jekk għandhiex l-informazzjoni/dokumentazzjoni rikjesta fil-pussess tagħha. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-Aġenzija għandha tidentifika l-Awtorità xierqa u tittrasferilha s-sottomissjoni tal-applikant u tinforma lill-applikant b’dan il-fatt.
Jekk l-ebda Awtorità oħra ma tiġi identifikata (jiġifieri li l-informazzjoni/dokumentazzjoni rikjesta ma jistgħux jiġu ntraċċati għand ebda Awtorità Pubblika oħra), l-Aġenzija tinforma lill-applikant dwar dan il-fatt.
PROĊESSAR TAT-TALBIET
La darba jiġi stabbilit li s-sottomissjoni hija talba tal-FOI u li tista’ tiġi indirizzata minnha, l-Aġenzija tiddetermina jekk tistax tipprovdi l-applikant bid-dokument/informazzjoni rikjesta (fl-intier jew parzjalment) jew jekk għandhiex tirrifjuta t-talba.
Qabel ma tieħu deċiżjoni f’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha tqis jekk tistax tiġi applikata waħda mill- eżenzjonijiet elenkati fil-liġi tal-libertà tal-informazzjoni.
L-Aġenzija trid tissottometti notifika dwar jekk it-talba tkunx aċċettata jew le fi żmien għoxrin ġurnata xogħol mir-riċeviment tat-talba oriġinali. L-Aġenzija tista’ tapplika estenzjoni ta’ għoxrin ġurnata xogħol, għal total massimu ta’ 40 ġurnata xogħol mir-riċeviment tat-talba oriġinali.
PAGAMENTI U ĦLAS
Meta l-Aġenzija tissottometti risposta lill-applikant, hija għandha tindika jekk hemmx ħlas involut għall-proċessar tat-talba. Jekk dan ikun il-każ, dan il-pagament għandu jkopri biss l-ispejjeż involuti sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni/dokumentazzjoni lill-applikant. Dawn jinkludu il-ħin involut fil-proċessar u eżenzjonijietkif ukoll spejjeż f’materjal bħala huma fotokopji/midja diġitali.
Minkejja dan kollu, il-ħlas ma jistax ikun aktar minn €40. L-ebda ħlas ieħor relatat mas-sottomessjoni ta’ applikazzjonijiet jew ilment m’għandu jiġi mġarrab mill-applikant. Il-ħlas huwa regolat mil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 496.01 (Regolamenti dwar il-Miżati skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni).
MIŻURI TA’ RIMEDJU
Jekk l-applikant ma jkunx sodisfatt bir-risposta pprovduta mill-Aġenzija, l-applikant għandu d-dritt li jissottometti ilment lill-istess Aġenzija. Jekk, sussegwentement, l-applikant jibqa’ mhux sodisfatt bir-risposti li ngħata, huwa jkollu dritt li jissottometti appell mal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data (IDPC).
Jekk anki f’dan il-każ, l-applikant jibqa’ mhux sodisfatt bl-eżitu jista’ jappella lit-Tribunal tal-Appelli Dwar L-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, u sussegwentement mal-Qrati tal-Appell.
Ilmenti jistgħu jiġu sottomessi għal dawn ir-raġunijiet:
L-Applikanti jistgħu jissottomettu lment minn fuq is-sit tal-IDPC.
KIF WIEĦED JIRĊIEVI D-DOKUMENTAZZJONI / INFORMAZZJONI
Meta l-Aġenzija tikkonferma mal-applikant li l-applikazzjoni tiegħu biex jaċċessa l-informazzjoni rikjesta ġiet milqugħa, l-applikant jista’ jiġi mitlub jagħmel il-pagamenti mitluba jekk dan hu applikabbli. Fi żmien għaxar (10) ġranet ta’ xogħol mid-data tal-ħlas, l-Aġenzija għandha tipprovdi d-dokument / informazzjoni fil-format mitlub mill-applikant, jew jekk dan mhux possibbli f’format li l-Aġenzija tħoss li huwa xieraq.
Applikanti li jissottomettu rikjesti minn ġos-sit tal-FOI (foi.gov.mt) jista’ jingħata l-possibbiltà li jniżżell id-dokument/informazzjoni direttament minn hemm.
Jekk l-ebda ħlas ma jiġi mitlub, id-dokument/informazzjoni jiġi pprovdut fi żmien għaxart ijiem min-notifika ta’ rikonoxximent tat-talba. It-talba tiġi kkunsidrata abbandunata jekk ħlas mitlub mill-applikant ma jsirx fi żmien għoxrin ġurnata tax-xogħol minn mindu rċieva n-notifika.
PROĊEDURA INTERNAL TAL-ILMENTI INTERNI
Applikant li t-talba tiegħu għall-informazzjoni tiġi miċħuda, jew li b’xi mod ieħor ma jkunx sodisfatt bl-informazzjoni pprovduta, bil-format tagħha jew bl-estensjoni tad-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tan-notifika li tindika jekk talba tkunx ser tintlaqa’ jew le, jista’ jindirizza l-ilment permezz tal-imejl, l-e-ID jew l-formoli pprovduti fuq is-sit www.foi.gov.mt
L-applikanti jistgħu jissottomettu lment fi żmien massimu ta’ tletin ġurnata mill-aħħar komunikazzjoni mill-MITA jew mill-każ ta’ ommissjoni li kkawża l-ilment. L-ilment jiġi rċevut mill-uffiċjal tal-FOI.
L-Uffiċjal tal-FOI iressaq l-ilment għall-attenzjoni tal-uffiċjal inkarigat mill-ilmenti tal-FOI (FOI Complaints Handling Officer) li jirrevedi l-proċessar tar-rikjesta għall-informazzjoni mill-uffiċjal tal-FOI. L-Uffiċjal inkarigat mill-ilmenti għandu jirrispondi lill-applikant fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mir-rikonoxximent tal-ilment, u għandu jinforma l-applikant bid-dritt tiegħu li jista’ jirreferi l-ilmenti lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data skont il-proviżjonijiet ta’ artiklu 23 ta’ l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496 tal-Liġijiet ta’ Malta).
L-Uffiċjal inkarigat mill-ilmenti tal-FOI, jagħmel reviżjoni indipendenti tal-proċessar tat-talba għall-informazzjoni u konsegwentament jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu.
L-uffiċjal responsabbli għandu jinforma lill-applikant bid-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-ilment tiegħu, u fil-każ ta’ konferma ta’ deċiżjoni li ma tiġix rilaxxata l-informazzjoni pertinenti, għandu jispjega r-raġunijiet għal dan. Kull meta l-ilment tal-applikant ikun relatat mal-format tal-informazzjoni pprovduta jew ma’ estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tan-notifika li tindika jekk talba tkunx ser tintlaqa’ jew le mill-Aġenzija u d-deċiżjoni oriġinali tintlaqa’, l-applikant għandu jingħata spjegazzjoni għaliex l-ilment tiegħu ma jistax jiġi indirizzat b’mod pożittiv.
Applikant jista’ wkoll jagħmel użu mill-Proċedura Interna tal-Ilmenti biex jirrapporta n-nuqqas ta’ osservanza tal-iskadenzi jew biex jibgħat in-notifiki. F’dawk il-każijiet fejn it-talba għall-informazzjoni tista’ tiġi ssodisfata, iżda ma tkunx ġiet issodisfata fl-iskadenzi speċifikati mill-Att, l-uffiċjal responsabbli għandu jirrinunzja kwalunkwe tariffa applikabbli għas-sottomissjoni tal-informazzjoni.
Informazzjoni Oħra
Talbiet għal informazzjoni jiġu aċċettati permezz ta’ imejl, formoli onlajn/EID ipprovduti fuq is-sit https://freedomofinformation.gov.mt/en/home
Il-MITA mhix f’pożizzjoni li taċċetta talbiet għal informazzjoni fl-uffiċċji tagħha. Madankollu, kwalunkwe applikant li jagħzel li jiġi fl-Uffiċju Prinċipali tal-MITA (MITA Head Office), jingħata kull fejn hu possibbli għajnuna sabiex jimla l-formoli elettroniċi mill-uffiċji tal-MITA.
Pagamenti għandhom jsiru fi flus kontanti (cash) jew permezz ta’ ċekk pagabbli lill-MITA. Il-pagament jista’ jsir f’wieħed mill-indirizzi indikati hawn taħt jew bil-posta fejn dejjem għandu jiġi kkwotat in-numru ta’ referenza tal-talba FOI.
Dettalji ta’ Kuntatt tal-A ġenzija
Indirizz: MITA, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata L-Bajda. HMR9010, Malta
Sit web: mita.gov.mt
Indirizz Elettroniku: [email protected]