Scroll to top

Deskrizzjoni tal-istruttura tad-dipartiment

Deskrizzjoni tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet

Il-Viżjoni Tagħna

Fid-Diviżjoni dwar Nies u Standards nagħtu valur lin-nies u nagħtuhom is-setgħa biex jiksbu Servizz ta’ Eċċellenza għas-Servizz Pubbliku kollu. Permezz ta’ dan l-approċċ koeżiv, id-Diviżjoni tagħna tiżgura attenzjoni, direzzjoni u motivazzjoni ugwali kemm lin-nies li jipprovdu s-servizz, kif ukoll lill-kwalità tas-servizz mogħti lill-klijenti interni u esterni.

Il-Missjoni Tagħna

Il-viżjoni tagħna tinkiseb billi tiġi eżegwita l-People Business Strategy tas-Servizz Pubbliku permezz ta’ kollaborazzjoni kontinwa ma’ Ministeri diretti, li nqisuhom bħala s-sħab strateġiċi tagħna. Permezz ta’ delega ta’ awtorità, nistinkaw flimkien għat-twettiq ta’ politiki tar-Riżorsi Umani u sistemi tal-maniġment olistiċi, l-implimentazzjoni, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni mill-ġdid kostanti tagħhom.  Żewġ prijoritajiet ewlenin huma t-titjib kontinwu tal-prestazzjoni u l-benesseri tan-nies, u ż-żamma ta’ servizz ta’ kwalità.

Il-Valuri Tagħna

Nemmnu li għandna noffru l-eċċellenza b’mod kontinwu, nipprovdu għajnuna effettiva b’mod konsistenti u noffru servizz ekwu mwettaq bid-diliġenza dovuta, b’responsabbiltà u b’integrità.

Deskrizzjoni ġenerali tal-kategoriji ta’ dokumenti (inklużi dokumenti eżenti)

Ir-Riżorsi Umani ghandhom aċċess għal dawn id-dokumenti li huma relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-Ippjanar tar-Riżorsi, u l-Konformità, is-Sapport u l-Benesseri u r- Relazzjonijiet Industrijali fi ħdan is-servizz pubbliku.

Deskrizzjoni tal-manwali kollha u tipi simili ta’ dokumenti li fihom politiki, prinċipji, regoli u linji gwida li skonthom jittieħdu deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta’ membri tal-pubbliku

Il-Kodiċi dwar l-Immaniġġjar tas-Servizz Pubbliku jirregola l-imġieba tal-ufficjal pubbliku permezz ta’ diversi Manwali. Dawn imsemmija hawn isfel kollha joħorgu mill- Kodiċi dwar l-Immaniġġjar tas-Servizz Pubbliku:

  • Manwal dwar l-Użu ta’ Riżorsi għal Policies u Proċeduri
  • Manwal dwar il-Pożizzjoni ta’ Kap u Assistent Direttur
  • Manwal dwar il-Proċedura u l-Kalkolu tas-Salarji
  • Manwal tal-Allowances
  • Manwal dwar Leave Speċjali
  • Manwal dwar il-Miżuri favur il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata
  • Manwal dwar il-Proċedura tal-Bord Mediku

Il-Kodiċi dwar l-Immaniġġjar tas-Servizz Pubbliku jirregola l-immaniġjar tar-Rizorzi Umani kif ukoll id-drittijiet u d-dmirijiet tal-ufficjali pubbliċi.

uffiċċju tal-prim ministru
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.