L-Uffiċċju tal-Kabinett

 

L-Uffiċċju tal-Kabinett jagħti appoġġ lill-Prim Ministru u lill-Kabinett tal-Ministri fil-koordinazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-prijoritajiet tal-Gvern. L-Uffiċċju jiffaċilita ħidmet il-Kabinett billi jikkoordina sottomissjonijiet, jipprepara laqgħat u jiżgura li d-deċiżjonijiet jiġu rreġistrati u esegwiti. L-Uffiċċju tal-Kabinett jippromwovi wkoll il-kooperazzjoni bejn il-ministeri u d-dipartimenti tal-gvern biex ikun hemm sistema waħda u koerenti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali. B’hekk l-Uffiċċju tal-Kabinett jikkordina t-tfassil tal-politika tal-Gvern, jgħin fil-governanza effettiva, fit-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati u f’kollaborazzjoni aqwa fl-amministrazzjoni pubblika.

 

Il-Viżjoni u l-Missjoni

 

Il-viżjoni tal-Uffiċċju tal-Kabinett hija li jkun hemm Gvern effettiv u kkoordinat fit-twettiq tal-programm elettorali tiegħu. Jappoġġja lill-Prim Ministru u lill-Kabinett fit-tisħiħ tal-governanza tajba u fit-twettiq tal-prijoritajiet nazzjonali. Il-missjoni tiegħu hija li jappoġġja t-tħaddim effettiv tal-Kabinett, jiżgura r-reġistrazzjoni u l-komunikazzjoni preċiża tad-deċiżjonijiet tal-Kabinett, u jsaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-oqsma differenti tal-Gvern sabiex il-politiki u d-deċiżjonijiet jissarrfu f’azzjoni f’waqtha għall-benefiċċju taċ-ċittadini u tal-pajjiż.

 

Sistema ta’ Unuri u Għotjiet

 

Bordijiet u kumitati maħtura mill-gvern