Reception Office, Finance and Administration Directorate within the Support Services Division in the Office of the Prime Minister

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 u l-Att dwar ilProtezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap 586) jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, kemm dik miżmuma elettronikament, kif ukoll dik miżmuma manwalment. L-Uffiċċju tarReception, Direttorat għall- Finanzi u Amministrazzjoni fid-Diviżjoni Servizzi ta’ Sapport (SSD) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandu l-għan li jkun konformi mal-prinċipji kif definiti filleġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data

L-għanijiet għall-ġbir tad-data

L-Uffiċċju tar-Reception, Direttorat għall-Finanzi u Amministrazzjoni, SSD, OPM jiġbor u jipproċessa informazzjoni sabiex ikun jista’ jonora l-obbligi tiegħu skont il-leġiżlazzjoni preżenti.  Dan l-ipproċessar huwa meħtieġ biex jiġi kkontrollat l-aċċess tal-viżitaturi fil-Berġa ta’ Kastilja għal skopijiet ta’ sigurtà u sikurezza.  Id-data kollha hija miġbura u pproċessata skont kif stabbilit fil-liġijiet dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data u l-Politika tal-Gvern ta’ Malta dwar l-ICT.  

Riċevituri tad-data

L-informazzjoni personali hija aċċessata mill-uffiċjali li huma assenjati li jwettqu l-funzjonijiet tal-Uffiċċju tar-Reception, mid-Direttur għall-Finanzi u Amministrazzjoni, SSD, u millInformation Management Unit, OPM.  Id-data personali miġbura minn dan l-Uffiċċju tista’ tingħata lil uffiċjali tal-OPM li jaħdmu fil-Berġa ta’ Kastilja.  Id-data personali tista’ tingħata anke lil partijiet terzi meta dan huwa permess bil-liġi.

Id-Drittijiet tiegħek

Int għandek dritt tkun taf, bla ħlas, l-informazzjoni li l-Uffiċċju tar-Reception, Direttorat għallFinanzi u Amministrazzjoni, SSD, OPM qed iżomm u jipproċessa dwarek, ir-raġuni għala qed iżomm l-informazzjoni, min għandu aċċess għaliha, kif qed tinżamm u kif qed tinżamm aġġornata, għal kemm żmien qed tinżamm u x’qed jagħmel dan l-Uffiċċju biex ikun konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jistabbilixxi proċedura formali li għandha tintuża f’każ li jsiru talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni mis-suġġetti tad-data.  Kull suġġett tad-data għandu d-dritt li jaċċessa kull informazzjoni personali li l-Uffiċċju tarReception iżomm dwaru, kemm dik miżmuma elettronikament, kif ukoll dik miżmuma manwalment. It-talbiet għal aċċess ta’ informazzjoi għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu lil Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni), Direttorat għall-Finanzi u Amministrazzjoni, SSD, OPM.  Mat-talba għandhom jiġu sottomessi d-dettalji ta’ identifikazzjoni, bħan-numru talkarta tal-identità, l-isem u l-kunjom.  F’każ ta’ diffikultà dwar l-identifikazzjoni tal-persuna, wieħed jista’ jintalab jippreżenta d-dokument ta’ identifikazzjoni.

L-Uffiċċju tar-Reception , Direttorat għall-Finanzi u Amministrazzjoni, SSD, OPM għandu lgħan li jipproċessa t-talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni fl-iqsar żmien possibbli u li jiżgura li l-informazzjoni tingħata fi żmien raġonevoli u fi kwalunkwe każ jara li dan isir sa mhux aktar tard minn xahar minn meta tasal it-talba, sakemm ma jkunx hemm raġuni valida għal aktar dewmien. Meta t-talba għal aċċess ma tkunx tista’ tiġi pproċessata fi żmien raġonevoli, ir-raġuni l-għala, għandha tintbagħat bil-miktub lis-suġġett tad-data. Is-suġġett tad-data se jiġi infurmat f’każ ta’ ksur tad-data personali tiegħu.  Is-suġġett tad-data għandu dritt jitlob li l-informazzjoni tiegħu tiġi emendata jew li ma tintużax f’każ li mhijiex korretta. Is-suġġett tad-data jista’ jitlob ukoll li d-data tiegħu tiġi mħassra.

Jekk applikabbli, dawn id-drittijiet jistgħu jiġu limitati skont il-Leġiżlazzjoni dwar ilProtezzjoni u l-Privatezza tad-Data  F’każ li m’intix sodisfatt bit-tweġiba li ngħatajt għat-talba għal aċċess, tista’ tirreferi l-ilment tiegħek lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu jidhru hawn taħt.

Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu limitati, jekk japplika, skont il-Leġislazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.

F’każ li ma tkunx sodisfatt bit-tweġiba li tingħata għat-talba għal aċċess, tista’ tirreferi l-ilment tiegħek lill-Kummissjoni għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li d-dettalji tiegħu jdhru iktar ‘l isfel.

Id-data personali tiegħek qed tinġabar għal interessi leġittimi. 

It-tabella ta’ hawn taħt tiddeskrivi l-għanijiet ta’ żamma tad-data mill-Uffiċċju tar-Reception.

KategorijaPerjodu ta’ ŻammaĠustifikazzjoni
Dettalji personali (Isem, Kunjom, Nru tal-Karta tal-Identità) ta’ individwi li mhumiex impjegati tal-OPM, u li dieħla fil-Berġa ta’ Kastilja.  Sitt (6) xhurGħal raġunijiet ta’ sigurtà
Rappreżentazzjoni  (individwi qed jattendu f’isimhom jew f’isem kumpanija/organizazzjoni/entità eċċ.)Sitt (6) xhurGħal raġunijiet ta’ sigurtà

Data li teħtieġ li tinqered wara l-perjodi ta’ żmien stipulati hawn fuq, se tiġi distrutta b’mod effiċjenti biex ikun assigurat li l-informazzjoni ma tibqax disponibbli fi ħdan l-Uffiċċju tarReception, Direttorat għall-Finanzi u Amministrazzjoni, SSD, OPM.

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ista jiġi kkuntattjat permezz tal-imejl:-:-[email protected]  jew permezz tat-telefon:- 2200 1025

Kontrollur tad-Data

Id-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni), SSD jista’ jiġi kkuntattjat hawnhekk:

Direttorat għal Finanzi u Amminstrazzjoni, SSD

Uffiċċju tal-Prim Ministru

Berġa ta’ Kastija,

Valletta  VLT 1061

Telephone:  2200 1073

Email:          [email protected]

Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data

Tista’ tikkuntattja lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data fuq:

Level 2, Airways House,

High Street,

Sliema SLM 1549 

Telefon: 2328 7100  

Imejl:   [email protected]

FacebookTwitter
Uffiċċju tal-Prim Ministru
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.