Dikjarazzjoni tal-Missjoni
Aħna nistinkaw biex nipprovdu l-aqwa servizzi bbażati fuq it-teknoloġija tal-informatika biex intejbu l-effiċjenza operattiva fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru permezz tal-innovazzjoni, it-tmexxija, u l-Governanza strateġika tal-ICT.
Dwar l-IMU
L-Information Management Unit (IMU) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (UPM) hija l-organizzazzjoni ċentrali tal-Ministeru responsabbli għall-allinjament strateġiku, l-implimentazzjoni, u l-appoġġ ta’ teknoloġiji diġitali li jippermettu lill-UPM iwassal servizzi siguri u effettivi liċ-ċittadin u lill-pubbliku inġenerali.
L-IMU jappoġġa d-dipartimenti u d-direttorati kollha fi ħdan l-UPM, filwaqt li jiżgura li l-infrastruttura, sistemi u servizzi jkunu robusti, flessibbli, skalabbli, u konformi mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-politiki prevalenti, li se jippermettu assigurazzjoni fit-twettiq tal-miri nazzjonali tat-trasformazzjoni diġitali.
Objettivi Ewlenin
• Tallinja strateġija tal-ICT mal-għanijiet operattivi u ta’ politika tal-Ministeru.
• Tippromwovi u tagħti pariri strateġiċi dwar l-innovazzjoni u t-trasformazzjoni diġitali fi ħdan l-UPM.
• Timmaniġġja l-informazzjoni bħala ass strateġiku biex tappoġġa l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
• Tiġi żgurata governanza tajba dwar is-sikurezza tad-data, il-privatezza, u l-osservanza tar-regolamenti nazzjonali u tal-UE.
• Tiżgura infrastruttura u servizzi tal-ICT affidabbli, aċċessibbli u siguri.
• Tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ standards u protokolli tal-ICT issetjati ċentralment.
Responsabbiltajiet Ewlenin
• Ippjanar strateġiku u operazzjonali tal-ICT
• Timmaniġġja l-akkwist tal-ICT, l-ibbaġitjar u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi
• Żvilupp u manutenzjoni ta’ sistemi tal’-informatika
• Tassigura li n-netwerks, is-servers u l-infrastruttura tal-cloud huma użati tajjeb u taħt kontroll
• Il-governanza tas-siti web u tal-intranet, inkluża konformità mal-FITA
• Operat taċ-Ċentru tad-Dejta (tal-UPM) u sistemi ta’ kontroll tal-aċċess
• Tipprovdi appoġġ tekniku u servizzi tal-ICT għal VIPs
• Il-liċenzjar ta’ softwer u l-immaniġġjar ta’ kuntratti
• Għoti ta’ pariri legali, ta’ struttura u ta’ appoġġ dwar l-abbozzar u l-eżekuzzjoni ta’ kuntratti
• Tiżgura l-użu u l-implimentazzjoni xierqa tal-Co-Pilot u ta’ għodod oħra tal-Gen AI
• Integrazzjoni diġitali tal-Environmental Management System (EMS)
• Koordinazzjoni tal-kollokamenti tal-istudenti u l-programmi ta’ taħriġ fl-ICT
• Appoġġ għal vidjokonferenzi siguri u għodod biex isir remote working
Governanza u Standards
L-IMU jopera skont l-oqfsa nazzjonali u internazzjonali, inklużi:
• COBIT 5.0 – governanza tal-IT u l-aħjar prattiki
• IPSAS – Public Sector Accounting Standards
• GDPR – protezzjoni tad-data u osservanza tal-privatezza
• GMICT Policy – politika tal-Gvern dwar l-ICT

