Għoti ta’ Unuri u Dekorazzjonijiet Nazzjonali
Malta tagħti ġieħ pubbliku lil ċittadini Maltin li jiddistingwu ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja u li l-kontribut u l-kisbiet tagħhom kabbru l-ġid u tejbu l-kundizzjonijiet ġenerali taċ-ċittadini Maltin. Kull ċittadin Malti, grupp ta’ persuni jew organizzazzjoni volontarja li tkun reġistrata mal-Kummissarju skont l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji jistgħu jiġu nominati għall-għoti ta’unur f’Jum ir-Repubblika.
Nominazzjonijiet għandhom jintbagħtu fuq il-formola tan-nomina liċ-Chairman, Kumitat tan-Nomini, Uffiċċju tal-Prim Ministru, Berġa ta’ Kastilja, Valletta VLT 2000.
Il-formoli jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Berġa ta’ Kastilja, Valletta jew mill-website tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru www.opm.gov.mt. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kabinett fuq 22001481.
Il-persuni nominati la għandhom jiġu kkuntattjati għal xi dettalji u lanqas infurmati dwar in-nominazzjoni tagħhom.