Fond għal Kawżi Soċjali

Il-Fond għal Kawżi Soċjali jaqa' taħt il-Gaming Act 2018 (Artiklu 16) u r- Regolamenti tal-2018 dwar Fond għal Kawżi Soċjali A.L. 249/2018 Att dwar il-Logħob (KAP.583), u għandu bħala skop ewlieni li jgħin lil diversi individwi, aġenziji jew organizzazzjonijiet li għandhom attività soċjali, kulturali, edukattiva, sportiva, filantropika, jew reliġjuża. Il-kumitat tal-Fond għal Kawżi Soċjali jamministra dan il-fond. Il-fond jiġġenera d-dħul tiegħu permezz ta’ persentaġġ ikkontribwit mill-ammont ta’ taxxa pagabbli minn attività tal-logħob u minn premjijiet mhux miġbura mir-rebbieħa. Wieħed jista' japplika għall-fondi wara li jkun ikkonsulta l-linji gwida u jkun bagħat il-formola ta' applikazzjoni rilevanti.


Linji Gwida u Formola ta’ Applikazzjoni