Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u Implimentazzjoni tal-Programmi (PDPI)

Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u Implimentazzjoni tal-Programmi (PDPI)


Dikjarazzjoni tal-missjoni

Il-missjoni tagħna hija li nikkontribwixxu għall-għan ewlieni tas-servizz pubbliku billi nipprovdu servizz ta’ eċċellenza billi nindirizzaw il-materji li jaqgħu fil-kompitu tad-Direttorat b’mod metikoluż u fil-ħin.


Oqsma ta’ responsabbiltà ewlenin

Żvilupp ta' Politika

Din it-taqsima tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ politika u strateġiji relatati mad-dossiers li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll nikkordinaw risposti li jintbagħtu lill-Unjoni Ewropea flimkien  ma’ eżerċizzji li jsiru fuq bażi nazzjonali bil-għan li jiġu żviluppati u implimentati dawn  l-istrateġiji.

L-Implimentazzjoni tal-Programmi

Din is-sezzjoni tiggwida applikanti prospettivi fuq opportunitajiet ta’ fondi Ewropej u tassisti l-entitajiet waqt li jiġi segwit il-proċess kollu tal-implimentazzjoni tal-programmi u skemi tal-fondi Ewropej. Din is-sezzjoni tħares u tikkordina l-implimentazzjoni tal-programmi tal-fondi Ewropej filwaqt li tiżgura li il-proġetti u inizjattivi jiġu konklużi fiż-żmien stipulat. Barra minn hekk, matul il-proġett isiru bosta kontrolli sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-proġetti tkun konformi mal-ftehim tal-għotja tal-fondi u ma’ obbligazzjonijiet oħra, fil-waqt li jiġu pproċessati l-pagamenti ta’ proġetti ta’ fondi Ewropej ibbażati fuq dawn il-kontrolli. B’hekk, jiġi żgurat li dawn il-pagamenti ikunu saru b’mod korrett.

Affarijiet tal-Unjoni Ewropea

Is-sezzjoni li tiffoka fuq l-Affarijiet Ewropej fi ħdan dan id-Direttorat hija responsabbli li tikkordina l-pożizzjoni ta’ Malta fir-rigward ta’ abbozzi ta’ atti leġislattivi u non-leġislattivi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dat-talbiet għal pożizzjoni jaslu mingħand ir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fl-UE u mingħand id-Dipartiment ta’ Koordinazzjoni tal-UE. Madanakollu talbiet simili jaslu wkoll matul numri ta’ laqgħat li jiġu organizzati mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, anke fuq livell Ministerjali.

Din is-sezzjoni hija wkoll inkarigata tiżgura konformità fuq bażi nazzjonali fir-rigward ta numru ta’ oqsfa regolatorji Ewropej.


Funzjonijiet ċentrali

Id-Direttorat għandu dawn il-funzjonijiet:

Li jagħti sapport lill-entitajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-iżvilupp ta’ politika nazzjonali u leġislazzjoni; kif ukoll jikkolabora ma’ ministeri oħra fir-rigward ta’ materji li jikkonċernaw is-Servizz Pubbliku in ġenerali, meta jkun meħtieġ.

Li jassigura li l-interess Nazzjonali jiġi mħares fil-fora Ewropej, b’mod partikolari waqt diskussjonijiet ta’ proposti ġodda fuq livell Ewropew li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Li jikkonsulta mal-awtoritajiet u entitajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll ma’ Ministeri oħra fuq proposti ta’ leġislazzjoni Ewropea sabiex tiżgura li il-pożizzjoni ta’ Malta titħejja f’waqtha u b’mod metikoluż.

Iżżomm infurmati dipartimenti oħra fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru bi żviluppi dwar il-politika Ewropea li jolqtu direttament, jew li jaf iħallu impatt fuq oqsma politiċi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Jipprepara Memoranda fejn fihom tiġi mħejjija l-pożizzjoni ta` Malta fir-rigward ta oqsma speċifiċi sabiex jiġu diskussi u approvati fil-Kumitat Intra-Ministerjali, fil-Kabinett, kif ukoll fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej fi ħdan il-Kamra tad-Deputati.

Jikkordina u jipprepara dokumenti għall-gruppi ta’ ħidma, u kumitati oħra, fosthom il-laqgħat tar-Rappreżentanti Permanenti (COREPER), u għal laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri.

Jiżgura parteċipazzjoni sħiħa fi programmi, proġetti, proċessi leġislattivi u inizjattivi oħra li huma relatati mal-Unjoni Ewropea.

Jara li r-risposti ta’ kwestjonarji maħruġa mill-istituzzjonijiet Ewropej isiru b’reqqa u li jiġu sottomessi saż-żmien stipulat.

Jiżgura li Regolamenti u Direttivi tal-Unjoni Ewropeja jiġu trasposti b’mod korrett, u jara li l-implimentazzjoni u l-infurzar jibqa’ iseħħ.

Jikkordina l-preparamenti loġistiċi u politiċi qabel laqgħat bilaterali ma’ Pajjiżi Terzi.

Jikkordina u isegwi mill-qrib il-Proġetti ta’ Fondi Ewropej tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċju tal-Prim Ministru.

Jipparteċipa f’konferenzi, seminars, workshops u gruppi ta’ esperti kemm lokalment, kif ukoll fuq livell Ewropew.


Dettalji ta’ Kuntatt
Policy Development and Programme Implementation Directorate
Office of the Prime Minister
55A, Transcontinental House
Level 2
Zachary Street
Valletta, VLT 1130
MALTA

Telephone
+356 22001132
 dpi.opm@gov.mt; euaffairs.opm@gov.mt

Direttur – Ms Claudine Sciberras
claudine.b.sciberras@gov.mt
Assistent Direttur (Implimentazzjoni tal-Programm) – Mr Clifton Pulis
clifton.pulis@gov.mt
Assistent Direttur (Żvilupp ta’ Politika u Affarijiet tal-Unjoni Ewropea`) – Ms Graziella Farrugia
graziella.b.farrugia@gov.mt