Uffiċċju li Jikkordina l-Ispezzjonijiet

Uffiċċju li Jikkordina l-Ispezzjonijiet

L-Uffiċċju li Jikkordina l-Ispezzjonijiet twaqqaf fl-2017 taħt l-Att li Jikkordina l-Ispezzjonijiet tal-Gvern (Kap. 568). Dan l-uffiċċju jikkordina l-ispezzjonijiet li jsiru mill-korpi tal-gvern bil-għan li jitnaqqas il-piż fuq in-negozji u biex l-ispezzjonijiet isiru aktar trasparenti u effettivi.

Minn meta twaqqaf dan l-Uffiċċju ħames snin ilu, saret ħidma intensiva sabiex inħolqot sistema fejn spezzjoni waħda ta’ stabbiliment tirriżulta fil-ġbir tal-informazzjoni kollha meħtieġa. Kull entita’ tirċievi l-informazzjoni relevanti għall-ħtiġijiet tagħha. Din l-informazzjoni tiġi mbagħad analizzata u tittieħed azzjoni kif xieraq mill-entitajiet rispettivi. B’hekk qiegħed jonqos in-numru ta’ spezzjonijiet ta’ rutina li jsiru fil-post tan-negozju mingħajr ma jonqos il-kontroll neċessarju għas-serħan il-moħħ tal-konsumatur. Dan il-metodu ġdid jiffranka ħafna ħin prezzjuż kemm lill-entitajiet involuti u kif ukoll lill-operaturi tan-negozji.

L-Uffiċċju li Jikkordina l-Ispezzjonijiet qiegħed jaħdem kontinwament fuq inizjattivi ġodda bil-għan li jtejjeb is-servizz li jingħata lill-entitajiet u fl-aħħar mill-aħħar lill-operaturi tan-negozji. Preżentement, qegħda tiġi mnedija inizjattiva ġdida li permezz tagħha operaturi tan-negozju li jinstab li għandhom konformita’ għolja mal-leġislazzjonijiet li jirregolawhom jingħataw ċertifikat. 

High Standard of Compliance 
 
 

Biex ikun eliġibbli għaċ-ċertifikat, operatur ta’ negozju jrid ikun regolat u spezzjonat minn spettorat wieħed, jew aktar, elenkati fl-Iskeda fil-Kap. 568 tal-Liġijiet ta’ Malta.

L-implimentazzjoni ta ’din l-inizjattiva bdiet bin-negozji li jbiegħu l-Apparat tad-Dar. Aktar tipi ta' negozji se jiżdiedu fiż-żmien li ġej.

Lista ta’ stabbilimenti tal-Apparat tad-Dar li ngħataw iċ-ċertifikat ta’ Standard Għoli ta’ Konformità:

  • Freddie's Household Co Ltd
  • Homezone
  • Divine Appliances
  • Homemate
  • The Atrium
  • Frank Borda Limited - Gala Centre - Ħamrun
  • World Marketing
  • Vitel
  • ISD - Company Limited
  • Crosscraft Co. Ltd - Mosta
  • Crosscraft Co. Ltd - Ħal Qormi
  • Oxford House Ltd
  • Michael's Homemark
  • Cutajar Ltd - Ultimate - San Ġwann​
  • SBL Limited - BBQ World Malta​
​​​

Jekk għandek xi mistoqsija tista' tibgħat email lil dan l-Uffiċċju fuq inspectionscoordination.opm@gov.mt.

​​