Scroll to top

Deskrizzjoni tal-istruttura tad-dipartiment

Id-Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet (IAID) għandu l-għan li jipprovdi lill-Gvern ta’ Malta b’funzjoni ta’ assessjar, konsultazzjoni u investigazzjoni funzjonalment indipendenti u professjonali fi ħdan il-Gvern biex jeżamina, jevalwa, jistħharreġ, jiskrutinizza u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar attivitajiet governattivi, bħala servizz lill-Gvern innifsu.  L-Att dwar l-Awditjar Intern u Investiazzjonijiet Finanzjarji, Kap 461 tal-Liġijiet ta’ Malta, jipprovdi dwar ir-regolamentazzjoni tal-funzjoni ta’ awditjar intern u tal-funzjoni ta’ stħarriġ finanzjarju, li jinkludi sġ-setgħa li jsir awditjar intern u stħarriġ finanzjarju indipendenti u effettiv, u biex jipprovdi dwar is-salvagwardji meħtieġa sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Gvern li jinkludu l-fondi li jista’ jirċievi jew ikun meħtieġ li jamministra taħt l-obbligi internazzjonali ta’ Malta.  L-għan ewlieni tal-IAID hu li jassisti lis-Segretarji Permanenti fil-qadi effettiv ta’ dmirijiethom.  L-IAID jipprovdi lis-Segretarji Permanenti b’analiżi, rakkomandazzjonijiet, pariri u informazzjoni dwar attivitajiet riveduti.  L-IAID huwa indipendenti mill-attivitajiet li jivverifika biex jiżgura ġudizzju oġġettiv essenzjali biex jagħti pariri imparzjali lill-Gvern.  L-ebda membru tal-IAID ma għandu jkollu awtorita’ fuq, jew responsabbilta’ għal, kwalunkwe mill-attivitajiet riveduti.  L-involviment tad-Dipartiment fl-iżvilupp jew l-implimentazzjoni ta’ politika, sistemi u proċeduri dipartimentali għandu jkun f’kapaċita’ ta’ konsulenza, b’konformita’ ma’ kwalunkwe rakkomandazzjoni tal-passat u/jew preżenti magħmula mill-IAID stess.

 

Deskrizzjoni tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet

L-IAID jipprovdi s-servizzi tiegħu permezz tal-erba’ Direttorati li ġejjin: id-Direttorat tal-Awditjar intern u l-Immaniġġjar tar-Riskju, id-Direttorat Ċentrali ta’ Armonizzazzjoni; id-Direttorat tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji u d-Direttorat tal-Verifiki tal-Fondi tal-UE.  L-IAID huwa impenjat bis-sħiħ li jassisti lill-Gvern Malti biex jagħmel l-aħjar użu mill-fondi pubbliċi sabiex jinkisbu r-riżultati li bi dritt iċ-ċittadini Maltin u tal-UE jistennew li jaraw.

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-kategoriji ta’ dokumenti (inklużi dokumenti eżenti)

Id-dokumenti miżmum fl-IAID huma relatati ma’ verifiki, investigazzjonijiet, verifiki ta’ fondi ewropej u ma’ xogħol ta’ natura amministrattiva.

 

Deskrizzjoni tal-manwali kollha u tipi simili ta’ dokumenti li fihom politiki, prinċipji, regoli jew linji gwida li skonthom isiru deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-membri tal-pubbliku

Id-dokumenti fl-IAID huma trattati skont il-Kapitlu 461tal-Liġijiet ta’ Malta, l-Att dwar l-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji.

 

Ħolqa għall-Kaptilu 461 tal-Liġijiet ta’ Malta:

https://legislation.mt/eli/cap/461/20191001/mlt

uffiċċju tal-prim ministru
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.