Author: olivia.cortis@gov.mt

Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u Implimentazzjoni tal-Programmi (PDPI)


Dikjarazzjoni tal-missjoni

Il-missjoni tagħna hija li nikkontribwixxu għall-għan ewlieni tas-servizz pubbliku billi nipprovdu servizz ta’ eċċellenza billi nindirizzaw il-materji li jaqgħu fil-kompitu tad-Direttorat b’mod metikoluż u fil-ħin. Being meticulous and timely in addressing the issues which the Directorate deals with.

Oqsma ta’ responsabbiltà ewlenin

Żvilupp ta’ Politika

Din it-taqsima tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ politika u strateġiji relatati mad-dossiers li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll nikkordinaw risposti li jintbagħtu lill-Unjoni Ewropea flimkien ma’ eżerċizzji li jsiru fuq bażi nazzjonali bil-għan li jiġu żviluppati u implimentati dawn l-istrateġiji. Coordinates responses to EU and national-led exercises which have the aim of developing strategies or implementing such strategies or policies.

L-Implimentazzjoni tal-Programmi

Din is-sezzjoni tiggwida applikanti prospettivi fuq opportunitajiet ta’ fondi Ewropej u tassisti l-entitajiet waqt li jiġi segwit il-proċess kollu tal-implimentazzjoni tal-programmi u skemi tal-fondi Ewropej. Din is-sezzjoni tħares u tikkordina l-implimentazzjoni tal-programmi tal-fondi Ewropej filwaqt li tiżgura li il-proġetti u inizjattivi jiġu konklużi fiż-żmien stipulat. Barra minn hekk, matul il-proġett isiru bosta kontrolli sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-proġetti tkun konformi mal-ftehim tal-għotja tal-fondi u ma’ obbligazzjonijiet oħra, fil-waqt li jiġu pproċessati l-pagamenti ta’ proġetti ta’ fondi Ewropej ibbażati fuq dawn il-kontrolli.   This section performs desk-based checks in order to ensure that project implementation is in line with the grant agreement and other obligations whilst processing payments of EU funded projects based on such checks. Hence, guaranteeing sound financial management practices.

Affarijiet tal-Unjoni Ewropea

Is-sezzjoni li tiffoka fuq l-Affarijiet Ewropej fi ħdan dan id-Direttorat hija responsabbli li tikkordina l-pożizzjoni ta’ Malta fir-rigward ta’ abbozzi ta’ atti leġislattivi u non-leġislattivi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dat-talbiet għal pożizzjoni jaslu mingħand ir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fl-UE u mingħand id-Dipartiment ta’ Koordinazzjoni tal-UE. Madanakollu talbiet simili jaslu wkoll matul numri ta’ laqgħat li jiġu organizzati mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, anke fuq livell Ministerjali.

Din is-sezzjoni hija wkoll inkarigata tiżgura konformità fuq bażi nazzjonali fir-rigward ta numru ta’ oqsfa regolatorji Ewropej.

Funzjonijiet ċentrali

Id-Direttorat għandu dawn il-funzjonijiet:

Li jagħti sapport lill-entitajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-iżvilupp ta’ politika nazzjonali u leġislazzjoni; kif ukoll jikkolabora ma’ ministeri oħra fir-rigward ta’ materji li jikkonċernaw is-Servizz Pubbliku in ġenerali, meta jkun meħtieġ.
Li jassigura li l-interess Nazzjonali jiġi mħares fil-fora Ewropej, b’mod partikolari waqt diskussjonijiet ta’ proposti ġodda fuq livell Ewropew li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Li jikkonsulta mal-awtoritajiet u entitajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll ma’ Ministeri oħra fuq proposti ta’ leġislazzjoni Ewropea sabiex tiżgura li il-pożizzjoni ta’ Malta titħejja f’waqtha u b’mod metikoluż.

Iżżomm infurmati dipartimenti oħra fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru bi żviluppi dwar il-politika Ewropea li jolqtu direttament, jew li jaf iħallu impatt fuq oqsma politiċi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Jipprepara Memoranda fejn fihom tiġi mħejjija l-pożizzjoni ta` Malta fir-rigward ta oqsma speċifiċi sabiex jiġu diskussi u approvati fil-Kumitat Intra-Ministerjali, fil-Kabinett, kif ukoll fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej fi ħdan il-Kamra tad-Deputati.

Jikkordina u jipprepara dokumenti għall-gruppi ta’ ħidma, u kumitati oħra, fosthom il-laqgħat tar-Rappreżentanti Permanenti (COREPER), u għal laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri.

Jiżgura parteċipazzjoni sħiħa fi programmi, proġetti, proċessi leġislattivi u inizjattivi oħra li huma relatati mal-Unjoni Ewropea.

Jara li r-risposti ta’ kwestjonarji maħruġa mill-istituzzjonijiet Ewropej isiru b’reqqa u li jiġu sottomessi saż-żmien stipulat.

Oversees the timely drawing up of answers to the questionnaires sent by the EU institutions as part of their functions when preparing any document to be discussed by the Member States.

Jiżgura li Regolamenti u Direttivi tal-Unjoni Ewropeja jiġu trasposti b’mod korrett, u jara li l-implimentazzjoni u l-infurzar jibqa’ iseħħ.

Jikkordina l-preparamenti loġistiċi u politiċi qabel laqgħat bilaterali ma’ Pajjiżi Terzi.

Jikkordina u isegwi mill-qrib il-Proġetti ta’ Fondi Ewropej tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċju tal-Prim Ministru.

Jipparteċipa f’konferenzi, seminars, workshops  u gruppi ta’ esperti  kemm lokalment, kif ukoll fuq livell Ewropew.

Dettalji ta’ Kuntatt
Policy Development and Programme Implementation Directorate
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru
No 18, Floor 3
South Street
Valletta
MALTA

Telephone
+356 22001132
dpi.opm@gov.mt;euaffairs.opm@gov.mt

Director – Ms Claudine Sciberras
claudine.b.sciberras@gov.mt
Assistant Director (Programme Implementation) – Mr Clifton Pulis
clifton.pulis@gov.mt
Assistant Director (Policy Development and EU Affairs) – Ms Graziella Farrugia
graziella.b.farrugia@gov.mt

Liberta’ tal-Informazzjoni

Persuni eliġibbli għandhom dritt jissottomettu talba tal-Libertà tal-Informazzjoni (FOI) lill-Awtoritajiet Pubbliċi, inkluż dawk li huma mniżżla taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Verżjoni bl-Ingliż)

Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Verżjoni bil-Malti)

TALBIET/ILMENTI

Persuni eliġibbli

Biex tkun eliġibbli tissottometti talba tal-FOI, persuna trid tkun residenti f’Malta u li ilha hekk residenti f’Malta għal perjodu ta’ mhux anqas minn ħames snin Trid tkun ukoll ċittadina Maltija jew ta’ stat ieħor membru tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadina ta’ kull stat ieħor li ċ-ċittadini tiegħu għandhom dritt, bis-saħħa ta’ trattat bejn dak l-istat u l-Unjoni Ewropea, li f’Malta jiġu trattati bl-istess mod bħal ċittadini ta’ stati membri tal-Unjoni Ewropea.

Talbiet tal-FOI u ilmenti għandhom jiġu sottomessi bil-miktub, u jistgħu jintbagħtu bl-imejl lil  foi.opm@gov.mt  jew billi jintuża l-portal  tal-FOI www.foi.gov.mt  kemm bl-e-ID jew permezz tal-formola onlajn.

Informazzjoni li għandha tingħata

Meta jissottomettu talba tal-FOI, applikanti huma meħtieġa, apparti li jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt, jagħtu indikazzjoni ta’ x’dokument / informazzjoni jeħtieġu. Għandhom jindikaw ukoll b’liema format jixtiequ li jirċievu d-dokument / informazzjoni, jiġifieri jekk hux kopja pprintjata, kopja elettronika, sommarju / silta tal-kontenut jew billi l-applikant jagħmel spezzjoni tad-dokument / informazzjoni in kwistjoni. Kopji tal-Karta tal-Identità jew tal-passaport u/jew dokumentazzjoni oħra, jistgħu jiġu mitluba mill-Awtorità Pubblika skont il-bżonn, f’każijiet ta’ talbiet relatati speċifikament ma’ individwi, assi/interessi/dritt tal-aċċess tal-individwi.

Tipi ta’ Talbiet

Wieħed jista’ jitlob għal artiklu miżmum minn Awtorità Pubblika u li fuqu kienet irreġistrata informazzjoni fi kwalunkwe forma, inklużi data elettronika, immaġni, mudelli skont skala u rappreżentazzjonijiet viżwali oħrajn, u reġistrazzjonijiet awdjo jew vidjow, irrispettivament jekk l-informazzjoni tistax tinqara, tidher, tinstama’ jew tinġieb lura bl-għajnuna ta’ xi oġġett jew apparat ieħor jew mingħajr din l-għajnuna. Wieħed jista’ jitlob anke għal dokumentazzjoni li fiha politiki, prinċipji, regoli jew linji gwida skont id-deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet meħuda skont il-membri tal-pubbliku (inklużi korpi korporattivi u impjegati tal-awtorità pubblika fil-kapaċità personali tagħhom). Barra minn hekk, persuni eliġibbli għadhom id-dritt li jitolbu informazzjoni (bil-miktub) fuq deċiżjoni jew rakkomandazzjoni meħuda fir-rigward tagħhom jew fir-rigward tal-korpi korporattivi li jkunu qed jirrappreżentaw.

Riċevuti

Talbiet tal-FOI se tintbagħtilhom riċevuta mingħand l-Awtoritajiet Pubbliċi. Ir-riċevuta se tinkludi numru ta’ referenza uniku u indikazzjoni tad-data meta se tingħata tweġiba. Ir-riċevuti se jinkludu wkoll informazzjoni speċifika relatata mal-Awtorità Pubblika, bħal indirizz, numru tat-telefon, indirizzi elettroniċi, ħinijiet tal-ftuħ u dettalji tal-proċedura interna tal-ilmenti.

Kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Awtorità Pubblika

Meta l-Awtorità Pubblika tirċievi l-formola tal-applikazzjoni, hija tivverifika jekk it-talba tikkwalifikax bħala talba tal-FOI u tinforma lill-applikant f’każ li ma tikkwalifikax. Jekk jirriżulta li aktar informazzjoni / dokumentazzjoni huma meħtieġa, l-Awtorità Pubblika li lilhom tkun saret it-talba se jikkuntattjaw lill-applikant u se jagħtu kull assistenza meħtieġa biex it-talba tikkonforma mad-disposizzjonijiet tal-Att. Minkejja dan, meta tintbagħat talba tal-FOI, l-applikanti mhumiex meħtieġa jagħtu ġustifikazzjonijiet għaliex għamlu talba għal dokumentazzjoni / informazzjoni partikolari.

L-Awtorità Pubblika se tivverifika jekk id-dokument / informazzjoni mitluba humiex miżmuma għandha. Jekk mhumiex għandha, l-Awtorià Pubblika se tipprova tidentifika l-entità kkonċernata li suppost irċeviet it-talba u se tittrasferixxiha lilha (waqt li tinforma lill-applikant). Jekk l-ebda entità alternattiva ma tiġi identifikata (jiġifieri li d-dokument / informazzjoni mhuma għand l-ebda Awtorità Pubblika) l-applikant se jiġi infurmat.

Ipproċessar tat-talba

Meta jiġi stabbilit li t-talba hija talba tal-FOI u din tkun tista’ tiġi indirizzata mill-Awtorità Pubblika; tittieħed id-deċiżjoni jekk id-dokument / informazzjoni jistgħux jingħataw lill-applikant (kollha jew parti minnhom) jew inkella tistax tiġi rrifjutata. Qabel ma tittieħed din id-deċiżjoni, l-Awtorità Pubblika se tikkunsidra jekk waħda mill-eżenzjonijiet elenkati fil-Att tal-FOI tapplikax. L-Awtorità Pubblika se tissottometti notifikazzjoni jekk it-talba ġietx milqugħa jew le, fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol minn meta waslet għand l-Awtorità Pubblika. 20 ġurnata tax-xogħol oħra jistgħu jingħataw bħala estensjoni, li jġibu t-total ta’ massimu ta’ 40 ġurnata tax-xogħol mid-data ta’ meta waslet it-talba oriġinali għand l-Awtorità Pubblika.

Ħlasijiet

Meta tissottometti tweġiba lill-applikant, l-Awtorità Pubblika se tindika jekk il-ħlasijiet japplikawx. Jekk japplikaw, dawn il-ħlasijiet se jkopru l-ispejjeż relatati mal-ipproċessar għall-aċċess għad-dokument, jiġifieri sigħat ta’ pproċessar, spejjeż ta’ fotokopji / faxes u mezzi diġitali u spejjeż relatati ma’ spezzjonijiet. Minkejja dan, it-total ta’ ħlass applikabbli ma jistgħax jaqbeż l-€40. M’għandhomx jintalbu ħlasijiet addizzjonali biex wieħed jissottometti applikazzjoni jew ilment.

L-ammonti ta’ ħlas mitluba huma rregolati bl-   L.N. 158 of 2010​.

Azzjoni ta’ Rimedju

Jekk l-applikant ma jkunx sodisfatt bir-risposta li jingħata mingħand l-Awtorità Pubblika rigward it-talba tiegħu, jista’ jissottometti lment lill-istess Awtorità Pubblika. Jekk, sussegwentement, l-applikant jibqa’ mhux sodisfatt bit-tweġiba li jirċievi, jista’ jilmenta mal-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data (IDPC). Jekk l-applikant jibqa’ mhux sodisfatt bid-deċiżjoni tal-Kummissarju jista’ jappella għand it-Tribunal tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data u, sussegwentement lill-Qorti tal-Appell. Ilmenti jistgħu jiġu sottomessi għal dawn ir-raġunijiet:

  • ​L-Awtorità Pubblika estendiet bi żmien ta’ massimu ta’ 20 ġurnata tax-xogħol
  • ​L-Awtorità Pubblika imponiet ħlas li ġie kkunsidrat eċċessiv
  • Il-format tad-dokument huwa differenti minn dak li ntalab fit-talba oriġinali
  • ​It-talba qed tiġi rrifjutata (e.ż. talba mhix meqjusa bħala talba tal-FOI)
  • L-Awtorita Pubblika mhix tirrispetta d-data sa meta għandha tingħata tweġiba, jiġifieri fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol (jew, jekk applikabbli, id-data indikata fuq in-notifikazzjoni ta’ estensjoni).

Applikanti jistgħu jissottomettu ilment permezz tal-websajt tal-IDPC billi jidħlu  hawn.

Tirċievi dokumentazzjoni / informazzjoni

Kull meta Awtorità Pubblika tikkomunika deċiżjoni lill-applikant li aċċess tad-dokument / informazzjoni se jingħata, l-applikant (jekk applikabbli) se jkun ukoll mitlub biex iħallas. Fi żmien 10 ġranet tax-xogħol wara li jsir il-ħlas, l-Awtorità Pubblika se tipprovdi d-dokument / informazzjoni fl-istess format li l-applikant oriġinarjment talbu jew, jekk dan mhux possibbli, fil-format li l-Awtorità Pubblika tqies li hu xieraq. Applikanti li jissottomettu talbiet permezz tal-portal tal-FOI (www.foi.gov.mt) jistgħu jingħataw il-possibbiltà li jniżżlu d-dokument / informazzjoni direttament minn fuq is-sit.

Jekk l-ebda ħlas mhu se jintalab, id-dokument / informazzjoni se jiġu mogħtija fi żmien 10 ġranet tax-xogħol minn meta toħroġ in-notifikazzjoni. It-talba se tkun ikkunsidrata abbandunata mingħand l-applikant jekk il-ħlas dovut ma jitħallasx fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol minn meta toħroġ in-notifikazzjoni.

L-awtoritajiet pubbliċi li jagħmlu parti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru huma

Informazzjoni skont Artiklu 17 tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni tista` ssibha billi tidħol fuq il-links t’hawn fuq jew billi tikkuntattja:

Uffiċjal Prinċipali dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Berġa ta’ Kastilja
Valletta, Malta
Tel no. 22001013

Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur 

F’Settembru 2013, il-gvern Malti implimenta l-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur, 2013: att li jipprovdi għal proċeduri li jipproteġu lill-individwi li jirrapportaw prattiċi mhux xierqa u għemil ħażin fuq il-post tax-xogħol, kemm fis-settur privat u anke fl-amministrazzjoni pubblika.

Id-Direttiva – (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 t’Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni – ġiet addottata fit-23 t’Ottubru 2019 u daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2019. Din wasslet għal emenda tal-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur (Kap. 527 tal-Liġijiet ta’ Malta) li daħlet fis-seħħ f’Diċembru tal-2021. Kull min jixtieq iqajjem allarm fuq att ta’ korruzzjoni jew illegalitajiet jista’ jagħmel dan b’mod sigur permezz tal-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur.

Liġi li twassal ukoll għal bidla fil-mentalità. Permezz tal-implimentazzjoni ta’ din il-leġislazzjoni, iċ-ċittadini jingħataw id-dritt li jirrapportaw abbużi, bl-għarfien li huma protetti bil-liġi.

Rappurtar Intern:

Persuni li jirrapportaw jistgħu jirrapportaw għemil ħażin lil uffiċjali interni fejn r-rapport tagħhom jittieħed għal aktar investigazzjoni filwaqt li jżommu l-identità tal-persuna li qed tirrapporta b’kunfidenzjalità stretta. Il-persuni li jirrapportaw se jibqgħu anonimi u allura se jkunu protetti minn ritaljazzjoni fuq il-post tax-xogħol.

Rappurtar Estern

Jekk l-ebda sistema interna mhi disponibbli, jew ir-rapport mhuwiex investigat b’mod effiċjenti, il-persuna li tirrapporta tista’ tirrapporta b’mod estern lil waħda mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-liġi. Dawn jinkludu: il-Kummissarju tat-Taxxi (CfR), il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (CVO), il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni (PCAC) u l-Ombudsman.

Għal impjegati tas-Settur Pubbliku, Uffiċjal estern li jirrapporta dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta ġie appuntat fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kabinett.

F’kull Ministeru tal-Gvern ġie appuntat uffiċjal li jirrapporta dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta. Dan l-uffiċjal jircievi r-rapporti dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni interni u jindirizza dawn ir-rapporti b’mod xieraq.

Id-dettalji tal-uffiċjal fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru huma dawn:

L-uffiċjal li jirrapporta dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta:

Contact Number: + 35 2200 1014

Contact Email: whistleblower.opm@gov.mt