Scroll to top

Deskrizzjoni tal-istruttura tal-aġenzija

L-Aġenzija Servizz.gov hija mmexxijja mill-Kap Eżekuttiv li huwa assistit minn sitt kapijiet tad-Dipartimenti, dawk tal-Operat, Korporazzjoni u Riżorsi Umani, ICT, Relazzjonijiet Pubbliċi u Marketing, Finanzi u Akkwist, u Riċerka u Żvilupp.  Fi ħdan kull dipartiment hemm ħaddiema amministrattivi u operazzjonali li jgħinu lill-kapijiet rispettivi.  Minbarra l-ħaddiema tal-uffiċċju prinċipali, għadd ta’ aġenti li jaqdu l-klijenti fiċ-ċentri ta’ Servizz.gov, kif ukoll aġenti taċ-ċentru telefoniku huma involuti ukoll mal-aġenzija permezz ta’ kuntrattur privat.

 

Deskrizzjoni tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-aġenzija

Servizz.gov hija l-aġenzija li tiġbor flimkien is-servizzi governattivi kollha.  Huwa pont bejn is-Servivzz Pubbliku ta’ Malta u l-pubbliku ġenerali, li jagħmel is-servizzi tal-gvern aktar aċċessibbli. Servizz.gov twaqqaf permezz ta’ Avviż Legali 171/2016.

Deskrizzjoni ġenerali tal-kategoriji ta’ dokumenti li għandha l-aġenzija (inkluż id-dokumenti eżenti)

  • Dokumentazzjoni ġenerali tal-amministrazzjoni tal-uffiċċju inkluż dawk relatati mal-provvista tas-servizz, il-kwalita’, ir-riżorsi umani, il-finanzi u l-kontabilita’, l-immaniġġjar tal-kuntratti u l-proċeduri u l-proċessi tal-ICT/Data.

 

  • Informazzjoni bażika dwar l-aġenti li qed jipprovdu s-servizz f’isem Servizz.gov, dawk fiċ-ċentru telefoniku u dawk fiċ-ċ

 

  • Informazzjoni bażika dwar il-pubbliku ġenerali li jeħtieġ servizz individwalizzat u personalizzat mill-aġenzija, fir-rigward ta’ servizzi partikolari tal-gvern.

 

Deskrizzjoni tal-manwali kollha u tipi ta’ dokumenti simili li fihom proċeduri, prinċipji, regoli jew linji gwida li permezz tagħhom isiru deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-membri tal-pubbliku (inkluż korpi korporattivi u impjegati tal-awtorita’ pubblika fil-kapaċita’ personali tagħhom)

  • Il-kodiċi dwar ll-immaniġġjar tas-Servizz Pubbliku
  • Ir-Regolamenti dwar il-Finanzi u l-Akkwist
  • L-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika
  • Avviz Legali 1721/2016
  • Proċeduri Operattivi interni
  • Manwali tas-servizz li jintużaw mill-aġenti għall-provvista tas-servizz lill-klijenti

 

Dikjarazzjoni tal-informazzjoni li jeħtieġ li tkun disponibbli għall-membri tal-pubbliku li jixtiequ jiksbu aċċess għal dokumenti uffiċjali mill-awtorita’ pubblika, liema dikjarazzjoni għandha tinkludi d-dettalji tal-uffiċjal jew uffiċjali li lilhom għandhom jintbagħtu talbiet għal tali aċċess.

Uffiċjal għall-Liberta’ tal-Informazzjoni

Uffiċċju Prinċipali Servizz.gov

Victoria Centre, it-Tieni Sular,

Triq Valletta,

Il-Mosta, MST 9012

 

Dettalji tal-Proċedura Interna tal-ilmenti

Applikant li t-talba tiegħu għall-informazzjoni tiġi miċħuda, jew li b’xi mod ieħor ma jkunx sodisfatt bl-informazzjoni pprovduta, bil-format tagħha jew bl-estensjoni tad-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tan-notifika li tindika jekk talba tkunx ser tintlaqa’ jew le, jista’ jindirizza lment fl-Uffiċċju Prinċipali ta’ Servizz.gov, Victoria Centre, it-Tieni Sular, Triq Valletta, il-Mosta, MST 9012.

L-ilmenti jistghu jiġu sottomessi lill-Awtorita’ Pubblika permezz tal-posta elettronika jew permezz tal-portal tal-FOI https://foi.gov.mt permezz tal-e-ID jew permezz tal-formola online.

L-ilment għandu jiġi ndirizzat lill-Uffiċjal għall-Liberta’ tal-Informazzjoni tal-Awtorita’ Pubblika, li għandu jressaq l-ilment għall-attenzjoni tal-uffiċjal responsabbli.  L-uffiċjal responsabbli għandu jwieġeb lill-applikant fi zmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi l-ilment.  L-applikant għandu jiġi infurmat ukoll li jista’ jappella d-deċizjoni jew inkella jindirizza lment lill-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap.496 tal-Liġijiet ta’ Malta).

 

L-uffiċjal responsabbli għandu jinforma lill-applikant bid-deċizjoni meħuda fir-rigward tal-ilment tiegħu u fil-każ ta’ konferma ta’ deċizjoni li ma tiġix rilaxxata l-informazzjoni pertinenti, għandu jispjega r-raġunijiet għal dan.  Kull meta l-ilment tal-applikant ikun relatat mal-format tal-informazzjoni pprovduta jew ma’ estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tan-notifika li tindika jekk talba tkunx ser tintlaqa’ jew le mill-Awtorita’ Pubblika u d-deċiżjoni oriġinali tintlaqa’, l-applikant għandu jingħata spegazzjoni għaliex l-ilment tiegħu ma jistax jiġi indirizzat b’mod pożittiv.

 

Applikant jista’ ukoll jagħmel użu mill-Proċedura Interna tal-ilmenti biex jirraporta n-nuqqas ta’ osservanza tal-iskadenzi jew biex jibgħat in-notifiki.  F’dawk il-każijiet fejn it-talba għall-informazzjoni tista’ tiġi sodisfatta, iżda ma tkunx ġiet sodisfatta fl-iskadenzi speċifikati mill-Att, l-uffiċjal responsabbli għandu jirrinunzja kwalunkwe tariffa applikabbli għas-sottomissjoni tal-informazzjoni.

 

Dettalji ta’ Kuntattt tal-Awtorita’ Pubblika

 

Indirizz:

Victoria Centre,

Level 2,

Valletta Road,

Mosta, MST 9012

 

Sit Web:

Servizz.gov.mt

 

Indirizz Elettroniku:

[email protected]

 

uffiċċju tal-prim ministru
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.